Bil-Filmat: “In-Nies Iridu Jidħku. M’Hemmx Ħaġa Isbaħ Minn Daħka.” – Narcy Calamatta

Narcy Calamatta

L-attur Narcy Calamatta jitkellem waqt AWLA dwar is-sabiħ ta’ meta ġġiegħel persuna tidħak u tpoġġi tbissima fuq wiċċha.

Isemmi s-sabiħ li tkun fuq il-post tax-xogħol u ddaħħak lil ta’ madwarek, aktar milli titkellem fuq affarijiet serji u li jqanqlu tensjoni.

“In-nies iridu jidħku. M’hemmx ħaġa isbaħ minn daħka… Jippruvaw jieħdu kollox biċ-ċajt… jinku lil xulxin. Int għandek teħodha responsabbiltà tiegħek innifsek, meta tqum filgħodu, trodd is-salib u tgħid illum lil min se nferraħ jien?”

Isemmi anke programm li ħoloq hu apposta biex ilissen tbissima fuq wiċċ dak li jkun, kif ukoll dwar iż-żjariet li kien jagħmel ġewwa Hospice Movement.

Segwi aktar fl-intervista:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI