Bil-Filmat: "Insib Xi 20 Missed Call T'Ommi Biex Tara X'Sar Minni…" – Maria Luana U Jum L-Irxoxt Li Ma Tinsa Qatt

Il-kantanta lokali Maria Luana titkellem dwar il-ġurnata meta kellha tiltaqa’ ma’ sħab żewġha Yan, lura meta kienu fil-bidu tar-relazzjoni tagħhom. Maria tirrakkonta li marru l-irxoxt, u wara kellhom imorru Paceville biex jiltaqgħu ma’ sħab Yan.

Ma kellux ikun, hekk kif meta ħadet żewġ drinks, ħadha tant li insiet x’ġara u ma ġarax. “Xrobt it-tieni wieħed, dawn kienu xil-4 ta’ wara nofsinhar u nistenbaħ xis-siegħa ta’ filgħodu ġol-karozza. Yan hekk iħares lejja, u qalli, ‘Int alright?'”

Maria tgħid li lil sħabu ma tiftakarhomx, imma huma rawha mhux daqshekk f’kundizzjoni tajba. “Għandi 38 sena u għadni nibża’ mill-ħarsa t’ommi sal-ġurnata tal-lum. Insib xi 20 missed call t’ommi biex tara x’sar minni…”

Araw daqsxejn kif kompliet l-istorja meta marret lura d-dar u r-reazzjoni ta’ ommha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI