Fr Colin kien intervistat għall-programm ‘Popolin’ ta’ Quinton Scerri. Fr Colin tkellem fuq esperjenzi koroh li għadda f’ħajtu meta kien ser jitlef lil xi ħadd. Jispjega li oħtu, Anna li mietet għax kellha kanċer, “Kont immur nara kuljum, kienet titlob kuljum u t-tabib qalli li ser iwaqfulha milli nagħtuha d-demm. Jien kont emozzjonat! Diffiċli tiddeċiedi f’sitwazzjoni bhal din” jispjega Fr. Colin filwaqt li talab lit-tabib biex jara x’inhu l-aħjar.
Oħt Fr. Colin tispiċċa titlef ħajjitha ftit wara. Fr. Colin jispjega li l-ewtansja passiva, l-knisja tgħid li hi permessa għax huwa mod kif tirtira l-kura u taf li l-pazjent ser imut.
Television Malta / Facebook