Lelio Spiteri u Ivan Gaffiero huma żewġ persuni li m’għandhom bżonn ta’ ebda introduzzjoni, u llum kellhom intervista ħelwa. Ivan jistaqsi lil Lelio dwar il-karriera tiegħu ta’ surmast kif ukoll anke dwar pariri li joħroġ mill-ħajja tiegħu stess.
Lelio jsemmi fost l-oħrajn kemm hu importanti li t-tfal turihom li tirrispettahom u tħobbhom, u li meta jkollok “relazzjoni tajba u sana” mat-tfal, hemm ħa timxi sew.
Isemmi kwalitajiet sbieħ li dejjem jinnota fit-tfal, u li ċertament li l-adulti jistgħu jikkonfermaw. Lelio jgħid, “It-tfal sinċieri. Dak li jħossu ħa jgħiduhulek f’wiċċek. Dik sabiħa wisq! M’hemmx li xi ħadd ħa jgħid xi ħaġa minn wara dahrek…”
Ara aktar fl-intervista hawn taħt:
Facebook/ Lelio Spiteri