Victorio Gauci ċċelebra mument speċjali fil-ħajja personali tiegħu hekk kif qasam messaġġ mill-qalb biex ifakkar 22 sena minn meta kellu l-ewwel date mal-mara tiegħu. Fuq il-midja soċjali, Victorio rrifletta fuq il-vjaġġ tagħhom flimkien, u qal li dawn is-snin "għaddew bħal leħħa ta' berqa", filwaqt li sostna li ż-żmien jgħaddi tassew malajr meta jkun mimli mħabba, ferħ, paċenzja u l-isfida sabiħa li trabbi tlett itfal.
"Mill-ewwel date tagħna sal-lum, għaddew 22 sena qishom leħħa ta' berqa. Iż-żmien tassew itir meta jkun mimli mħabba, ferħ, paċenzja u l-isfida sabiħa li trabbi tlett itfal mill-aqwa! Inħobbok bla qies, għax int il-blata tiegħi." Huwa temm il-messaġġ b’dikjarazzjoni ta’ mħabba lejn martu, fejn iddeskriviha bħala l-blata tiegħu u qalilha, "Inħobbok għal dejjem qalb, int il-blata tiegħi."
Il-messaġġ tiegħu ġibed numru ta' kummenti ta’ awguri mingħand ħbieb u segwaċi, li ferħu magħhom għal din il-mixja ta’ aktar minn żewġ deċennji flimkien u awgurawlhom ħafna aktar snin ta’ mħabba u hena.
Facebook / Victorio Gauci