Wieħed mill-kontestanti ta’ Love Island ta’ din is-sena, Walid, fetaħ qalbu mal-parteċipanti l-oħra hekk kif qasam storja personali ferm emozzjonanti dwar it-tfulija tiegħu.
Walid żvela li hu addottat u spjega kif ftit wara li ġie addottat, ommu u missieru ddeċidew li jisseparaw. Minkejja dan, hu baqa’ jgħix ma’ missieru, għax kif qal hu stess, ma riedx li jieħduh lura minn fejn ġie.
Matul il-konverżazzjoni, Walid għadda wkoll messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk kollha li jistgħu jinsabu f’sitwazzjoni simili. Hu sostna li xi drabi, anke jekk wieħed ma jifhimx dak il-mument, ċerti deċiżjonijiet ikunu saru għall-ġid tiegħu.
Walid tkellem b’mod pożittiv ħafna dwar l-esperjenza tiegħu u dwar ir-relazzjoni li għandu ma’ missieru, fejn qal li dan għallmu kollox fil-ħajja sabiex, jekk ikun possibbli, qatt ma jkollu bżonn jiddependi fuq ħaddieħor.
Facebook / Love Island Malta