Joseph Armani beda Settembru bit-tajjeb hekk kif kien mistieden fl-aktar klabb popolari ġewwa Ibiza.
Għal dan il-party attendew eluf ta' żgħażagħ! Qabel dan il-party li seħħ proprju f'Bora Bora, Joseph Armani kien preżenti għal Pre-Party fuq dgħajsa.

F'din id-dgħajsa kien hemm mat-300 ruħ! B'Joseph jgħidilna li "Id-Dgħajsa kienet kollha sold out u ħadt ħafna gost indoqq hemm!".

Din mhux l-ewwel darba li Joseph kien mistieden biex idoqq f'Ibiza, "ilni ndoqq hemm għal madwar 15-il sena. Daqqejt Pacha ħafna drabi, Eden, Es Paradis Bar M u Space qabel ma għalaq".
Staqsejna lil Joseph liema jekk il-kanzunetta 'Bella Ciao' peress li fi Spanja indaqitx.
"Daqqejt remix tajba tagħha fuq id-dgħajsa u għamlet ħoss kbir. Fil-party li seħħ Bora Bora smajna ħafna drabi l-kanzunetta 'Loosing It' Ta' Fisher". - Joseph Armani.