Chiara Galea tiġi oħt iż-żagħżugħ ta' 19-il sena li tilef ħajtu f'aċċident il-Ġimgħa filgħaxija.
Ħallietlu messaġġ u filmat ta' qsim il-qalb mimli emozzjoni fejn fih jidhru bosta mill-memorji tal-mibki Alan mal-familja, fosthom man-neputi Jake. "Għażiż ħija ż-żghir inħobbok ħafna.. itlob għalina int speċjalment għal ommna u missierna... Kemm kont tieħu paċenzja bin-neputi tiegħek Jake biex tagħmlu kuntent..."
Chiara tgħid li post ħuha f'qalbha mhu se jieħdu ħadd u qatt. "Inħobbok u nimmisjak ħafna Alan, qatt u ħadd ma jieħu postok ġo qalbi... mur strieħ fis-sliem sabiħ tiegħi".
Minn qalbna f'isem Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba, ħbieb u familjari kollha ta' Alan. Strieħ fis-sliem għażiż.