Graziella Darmanin, personalità li tista' tgħid saret magħruf ma' bosta Maltin u Għawdxin b'mod partikolari wara s-sehem tagħha f'Come Dine With Me Malta.
Graziella ftit ilu qasmet filmat fejn titkellem dwar perjodu iebes f'ħajjitha, fejn wara separazzjoni, kellha tibdel id-dar fejn tgħix. Ma kinitx faċli għaliha li tgħaddi dak iż-żmien, madwar 7 snin ilu, anke biex trabbi lit-tfal.
Hi titkellem bl-aktar mod onest, u emozzjonata, tesprimi kemm hi grata għall-appoġġ li sabet fl-agħar mumenti. Segwu l-filmat hawn taħt: