F’filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, Mark Laurence Zammit tkellem dwar mara, Ruth, li qal li bidlitlu l-perspettiva.
Ruth kellha tifla li darba minnhom qaltilha, “Ma, jiena tifel. Se nbiddel ismi, naqta’ xagħri, narmi l-gwardarobba kollha, neħħili r-ritratti. Min issa ’l quddiem trattawni bħala tifel.”
Mark qal: “Kienet l-ewwel darba li smajt lil xi ħadd jitkellem, mhux li bidel il-ġeneru hu, imma omm li tirrakkonta kif ħaditha. U llejla fil-programm se tirrakkonta.”
Mark kompla jispjega kif it-tieni wild ta’ Ruth huwa tifel, li kien ra lill-oħtu l-kbira tbiddel il-ġeneru: “Issa għandha żewġ boys, u t-tieni tifel, peress li kien ra lill-oħtu ssir boy, kien ħaseb li l-girls kollha se jsiru boys – li anke l-mummy tiegħu se ssir boy issa u li kien qed jistenniha ssir boy.”
“X’ħin tismagħha titkellem tgħid ‘qatt ma kont ħsibthom hekk l-affarijiet’”, tenna Mark. Illejla l-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa se jixxandar fit-8pm fuq TVM.
Facebook/Mark Laurence Zammit