Bil-Filmat: “Kienet Reazzjoni Vera Sabiħa” – Gianluca Jirrakonta Xħin Bintu Lyla Rat Lil Ħuha Paolo

Gianluca kienet wieħed mill-mistednin tal-programm 'Primetime' ta' Owen Bonnici fuq ONE. Gianluca tkellem fuq mument ħelu ħafna ta' meta bintu Lyla ltaqgħet ma' ħuha l-ewwel darba. 

Gianluca qal, "Inkredibbli r-reazzjoni tagħha. Meta konna sejrin l-isptar ma konniex għednielha li ġej ħuha. Imma xħin wasalna lura bit-tarbija, Lyla ratu u bdiet tgħajjatlu mill-ewwel". 



Lyla issa għandha sena u disa' xhur u kienet ħaġa vera ħelwa li mill-ewwel bniet relazzjoni ma' ħuha. "Bdiet tgħajjatlu, tmellsu u tidħaq" jgħid Gianluca fuq Primetime.

Gianluca / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI