Din il-ġimgħa, l-Prim Ministru kellu intervista ħelwa ma’ Naomi, fejn staqsietu, kif issib ċans iqatta’ ftit ħin mat-tifla tiegħu Giorgia Mae. Il-Pm tbissem għal din il-mistoqsija u qalilha li lil bintu jaraha filgħodu xħin tqum biex tmur l-iskola għax iqumu fl-istess ħin u jagħmilha l-kolazzjon ukoll.
“Imbagħad naraha sejra l-iskola u ġieli nitlaq ftit qabilha wkoll u nerġa' naraha filgħaxija għaliex dejjem tistennieni qatt ma tmur torqod sakemm nasal. Ġieli nasal tard imma dejjem tibqa' tistennieni.” jgħid Robert lil Naomi.
Mhux hekk biss iżda ġieli jċemplilha biex jara kif marret l-iskola, “Dejjem nipprova nagħmlilha telefonata”. Il-PM jistqarr li l-aktar li jkollu ħin ma’ bintu jkun fil-weekend minkejja li f’dawk il-ġranet jaħdem ukoll.
J’Alla għada f’għeluq sninu l-PM jkun jista’ jqatta’ aktar ħin ma’ bintu u martu.