Bil-Filmat: Kju Ma Jispiċċa Qatt Ġewwa Baystreet Fil-Ftuħ Ta’ Victoria Secret

Victoria’s Secret hija waħda mill-aktar marki magħrufa fid-dinja tal-moda u s-sbuħija, partikolarment għall-kollezzjonijiet tagħha ta’ ilbies, prodotti tas-sbuħija u fwejjaħ.

Imwaqqfa fl-Istati Uniti fis-snin sebgħin, il-marka kisbet popolarità internazzjonali kbira permezz tal-kampanji tagħha u l-famużi fashion shows li għal snin twal ġibdu l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja.

Hekk kif Malta kellha l-ftuħ tal-ewwel ħanut ta’ Victoria’s Secret fil-Bay Street Shopping Complex, ġurnata li ilhom jistennew b’interess kbir dawk li jħobbu l-moda u x-xiri, sa minn kmieni filgħodu, diversi persuni nġabru fil-kju.

Kju ma jispiċċa qatt barra l-kumpless kummerċjali sabiex ikunu fost l-ewwel li jidħlu fil-ħanut il-ġdid. Is-sit Who’s Who.mt qasam filmat dwar dan:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI