George Curmi l-Puse` iddedika kanzunetta mill-qalb bl-isem ta’ “For Sentimental Reasons” lill-ħabib tiegħu Maestro Brian Schembri, u fil-messaġġ profond li kiteb, u jfakkar li l-mużika hi lingwa li tista’ ġġib magħha memorji sbieħ tal-passat.
Hu spjega, “Nixtieq niddedika din il-kanzunetta lill-ħabib antik tal-qalb tiegħi, l-għażiż Maestro Brian Schembri, bħala memorja għall-għeżież ġenituri tiegħek. Ninsab ċert li din il-kanzunetta se ġġiblek lura memorji sbieħ, speċjalment ta’ ommok Vanna li kienet tħobb din il-kanzunetta u tkantaha frekwentament, speċjalment matul l-aħħar mumenti tagħha qabel ħallietna għal ħajja ġdida.”
Żied jgħid, “Nittama li din il-kanzunetta sservi bħala tfakkira ġentili tal-mumenti speċjali li qsamtu fllimkien u l-konnessjoni li tibqa’ għal dejjem, ta’ bejn il-ġenituri u uliedhom.”
Facebook / George Curmi Puse