Waqt il-programm BundyTime li xxandar ilbieraħ fil-ħinijiet ta' filgħaxija, Jamie Cardona kien mistieden flimkien ma' Taryn Mamo Cefai, fejn ċertament kellhom l-opportunità li jnisslu tbissima fost is-segwaċi.
F'mument minnhom id-diskussjoni waqgħet fuq l-irwejjaħ fejn Jamie beda jilmenta bl-irwejjaħ xejn pjaċevoli li sikwit isaltnu fl-uffiċju meta Taryn tkun preżenti.
Iċ-ċajta ma damitx ma daret kontra Jamie. "Lanqas xawer ma ħa qabel ma ġie hawn," sostniet Taryn hekk kif Jamie sab ruħu vittma ta' mument komiku fost dawk preżenti, fejn saħansitra l-preżentatur John Bundy għajru "nkallat".
Tista' tidħol hawn sabiex issegwi dan il-mument komiku f'24:40.