Bil-Filmat: “Ma Stajtx Inkun L-Istess Missier, Bħalma Jien Għal Binti, Ma’ Uliedi L-Oħra” – Fuq Kellymni Keith Panelli Jitkellem B’Mod Onest

Keith Panelli kien il-mistieden speċjali fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn f’konversazzjoni sinċiera jiftaħ qalbu dwar it-tfulija tiegħu, l-ADHD, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Yasmin u, fuq kollox, l-irwol tiegħu bħala missier taċ-ċkejkna Minna. Matul il-podcast, Keith jitkellem b’mod apert dwar il-paternità u jammetti li ma kienx l-istess missier li qed ikun illum ma’ Minna. Minkejja li fil-passat kien jemmen li ma kellu ebda dispjaċir dwar il-mod kif mexa ħajtu, illum iħares lejn ċerti affarijiet minn perspettiva differenti.

@gwida.mt Nhar it-Tnejn, @keith.panelli se jkun il-mistieden li jmiss ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida. Keith jingħaqad ma’ @melanie_kelly_malta għal konversazzjoni mill-aktar sinċiera dwar il-ħajja tiegħu, it-tfulija, l-ADHD, il-paternità u l-familja tiegħu ✨ F’dan l-episodju, Keith jitkellem b’mod apert dwar uliedu u dwar kif illum qed jesperjenza l-irwol ta’ missier b’mod differenti. Jistqarr li għal ħafna żmien kien jemmen li ma kellu ebda dispjaċir f’ħajtu, iżda llum jammetti li hemm affarijiet li kieku seta’ forsi kien jagħmilhom differenti ❤️‍🩹 Keith jitkellem ukoll dwar @yazminhelledie ♬ original sound - Gwida.mt

Keith jispjega li llum jinsab fi stadju ta’ ħajtu fejn huwa aktar matur u organizzat, u dan qed jippermettilu jesperjenza l-irwol ta’ missier b’mod aktar preżenti u konxju. Minna, li hu jiddeskrivi bħala t-"teżor" tiegħu, fetħet kapitlu ġdid f’ħajtu. Il-konversazzjoni tmur lura wkoll għat-tfulija ta’ Keith u għall-esperjenzi li sawruh tul is-snin. Jitkellem dwar l-ADHD u kif din affettwat diversi aspetti ta’ ħajtu, filwaqt li jaqsam ukoll kif illum iħares lejn dawn l-esperjenzi.

Spazju importanti jingħata wkoll lil Yasmin u l-bidliet li ġabet f’ħajtu. Keith jitkellem dwar kif ir-relazzjoni tagħhom u l-wasla ta’ Minna wassluh għal fażi differenti, fejn qed jesperjenza l-familja u l-paternità b’mod ġdid. Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida jkompli jwassal konversazzjonijiet awtentiċi u personali, li jagħtu lill-mistednin l-ispazju biex jaqsmu naħat minn ħajjithom li mhux dejjem naraw.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI