Bil-Filmat: “Malli Llesti, Xogħli Jmur Fuq In-Naħa L-Oħra” – Dr Omar Kassab

Dr Omar

Waqt il-programm Kuxjenza, kien mistieden Dr Omar Kassab, tabib u bennej. Jagħti l-istess passjoni għaż-żewġ professjonijiet, għalkemm li jaħdem fil-bini jqisu bħala passatemp li jħobb.

Meta l-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat staqsiet lil Dr Omar dwar kif jirnexxielu jżomm l-enerġija għaż-żewġ xogħlijiet, hu jwieġeb,

“Meta tkun qiegħed l-isptar, moħħok jiffoka, jien għandi s-sigħat tiegħi hawn, u allura tiffoka fuq il-prijoritajiet t’hemm. Tiffoka fuq xogħlok. Imbagħad malli llesti, xogħli jmur in-naħa l-oħra. Insuq għal fejn inkun qed naħdem… niffoka hemm imbagħad.”

Dr Omar jibda billi jispjega dwar kif nibet l-interess għall-bini, plumbing eċċ Kollox beda meta kien imur jgħin lil zijuh, u minn hemm innota li għandu xewqa li jibda jaħdem f’dak il-qasam.

Jgħid li, “Huwa xogħol, imma qatt ma rajtu bħala xogħol. Aktar hobbie fl-aħħar mill-aħħar.” Segwi aktar hawn taħt u l-intervista sħiħa fuq Kuxjenza s-Sibt fil-17:30 fuq TVM+







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI