Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Calypso Radio 101.8 awguraw lil Joe Azzopardi, magħruf bħala DJ Spencer, f’jum għeluq sninu.
Huma kitbulu, “Nagħtu l-awgurju tagħna f’għeluq sninu lil Joe Azzopardi (DJ Spencer). Ingħaqdu magħna hekk kif niċċelebrawlu sena oħra ta’ ħajja. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Joe mill-ħbieb kollha tiegħek ta’ Calypso.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti pożittiva mingħand segwaċi ta’ DJ Spencer li kollha awgurawlu f’din il-ġurnata speċjali, u kitbu kemm japprezzaw ix-xogħol tiegħu.
Aħna mit-tim ta’ Gwida nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninu. Nittamaw li jkollu ġurnata mill-aqwa mal-familjari u għeżież tiegħu!
Facebook / Calypso Radio 101.8