Bil-Filmat: "Mara Li Żżommok Tħares Lejha B'Ammirazzjoni" – Dun Godwin Fl-Aħħar Tislima Lil Margaret

Ħafna kienu dawk li sellmu llil-attriċi Margaret Agius fl-aħħar tislima fil-Knisja Ħniena Divina Naxxar. Il-Kru ta' Net News kien preżenti waqt din iċ-ċelebrazzjoni fejn irrappurtaw kliem iċ-ċelebrant Dun Godwin Preca waqt l-omelija.



Dun Godwin qal li "Kienet mara ta’ kwalitajiet mill-isbaħ b’kuraġġ kbir li taf tħobb lil kull persuna li tiltaqa’ magħha. Mara li iżżommok tħares lejha b’ammirazzjoni liema bħala, hekk kif għixet ħajjitha bl-aħjar mod possibli billi tferraħ lill-oħrajn minkejja t-tbatija li kienet għaddejja minnha tul dawn l-aħħar snin."

Fl-aħħar tislima dehru wkoll għad ta' atturi li ħadmu ma' Margaret tul is-snin, kien hemm ukoll preżenti l-kantant Mike Spiteri. Maragaret strieħ fi sliem u grazzi tal-produzzjonijiet u kotba li tagħtina. 

Net News / Youtube

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI