Bil-Filmat: Maxine – Il-Kantanta Li Impressjonat B'Golden Buzzer Fuq Britain's Got Talent B'Wirja Spettakolari Fuq Brillanti Singers!

It-talent f’pajjiżna huwa kbir iżda meta naraw ċertu programmi li jesponu dan it-talent, nirrealizzaw kemm aħna iffortunati li f’din id-daqsxejn ta’ gżira għandna tant u tant talenti mill-aqwa.





Ilbieraħ f’episodju ta’ Brillanti rajna lil Maxine, wiċċ familjari għal bosta. Uħud minnkom jiftakruha bħala Giorgia Borg li kienet kisbet il-famuż Golden Buzzer fi Britain’s Got Talent grazzi għal Alesha Dixon. Hi kienet kantant il-kanzunetta 10 u kien għad għandha biss għaxar snin.

Għaddew sitt snin minn dak l-episodju. Rajnieha wkoll tasal fis-semifinali ta’ The Voice Kids u għalkemm wara dak l-episodju ma tantx smajna ħafna biha, il-kantanta lokali baqgħet issaħħaħ il-vuċi tagħha u tieħu sehem f’avveniment żgħar.



Hi ħadet id-deċiżjoni artistika li tibdel isimha għal Maxine, Max fil-qasir u għamlet ir-ritorn tagħha fix-xena lokali permezz ta’ Brillanti Singers fejn interpretat is-silta Listen oriġinarjament kanzunetta ta’ Beyonce.

Smajna l-wirja tagħha u bqajna bla kliem. Ir-reazzjoni tal-ġurija kienet waħda simili. Kważi għamlet l-impossibbli, filwaqt li żammet kontroll assolut. B’determinazzjoni liema bħalha Maxine uriet li lesta biex timpressjona u tħalli l-marka tagħha f’din l-industrija.

Facebook / Max Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI