Bil-Filmat: "Mela Dan Ħa Jintuża?!" – Daniel U Ylenia U R-Ritratt Li Bla Ma Jafu Ġibdu Għal-Liċenzja

Daniel u Ylenia dejjem jirnexxielhom ipoġġu tbissima fuq wiċċna b’xi mod jew ieħor! Din id-darba jirrakkuntaw dak li ġara meta ma ndunawx li r-ritratt li waħħlu fuq il-formola tal-liċenzja tas-sewqan, ser jintuża uffiċjalment.

Li ġara hu li Ylenia ddeċidiet hi u Daniel jieħdu r-ritratt dalgħodu għall-formola tal-liċenzja. Hekk kif kienu għadhom iqumu, kienu għadhom bil-flokk li raqdu bih, ġibdu r-ritratt u waħluh fuq il-karta. Li ma kinux jafu hu li dan ir-ritratt mhux biss referenza, kif ħasbet Ylenia, iżda li uffiċjalment ħa jintuża.

“Lill-mara li kienet qed taqdina għidtilha, ‘ara kemm ġejna sew jiena.’ U Ylenia pronta pronta taqbeż hekk u tgħid, ‘mela dan ħa jintuża?’ Il-mara qaltilha, ‘Sorry Sinjura?’ U jien indur u ngħid lil Ylenia, ‘Sorry Ylenia?'”

Araw aktar fil-filmat:

View this post on Instagram

A post shared by Magic (@magicmt917)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI