Bil-Filmat: “Mill-Bidu Sal-Aħħar Maltija!” Il-Lapes Isellem Lin-Nannu Tiegħu U Jgħid Storja Personali

INKREDIBBLI! Il-lapes u sħabu b’interpretazzjoni aqwa mill-ewwel audition! Prestazzjoni li tagħmel unur il-lingwa Maltija u ħaqqu kull tifħir. Il-Lapes u sħabu għażlu li jagħmlu kanzunetta rap oriġinali din id-darba fuq xi ħaġa personali. Il-Lapes jitkellem fuq in-nannu tiegħu u jeħodna vjaġġ sabiħ. Spiċċa bil-kliem “Nixtieq nerġa narak, inħobbok”

Beda jikteb wara li miet in-nannu u ried jesprimi lilu nnifsu fil-kitba. 

Howard qal, “Din kienet tajba daqs li kieku kont mistieden f’show! Int tajjeb u għandek livell għoli ta’ rap”

Maxine qalet, “Int qiegħed ittellaq ximkien waħdek”

Sarah qalet, “Vera ħadt gost narakom!”

u Ray qal “il-lapes u sħabu dejjem jagħtuna xi ħaġa oriġinali! Din il-prestazzjoni kienet internazzjonali! Nixtieq li narakom fil-finali”

Nawguraw lill-Lapes u sħabu!





Ibgħat SMS vojt fuq 50614407 għall-Lapes. Tista’ tivvota 3 darbiet biss għal kull kontestant u kull SMS jiswa 47ċ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI