Terry Muscat xerrdet filmat li juri lil xufier tal-ikel li minkejja x-xita u l-art imxarrba, se jkollu jkompli bil-ħidma tiegħu u jwassal l-ikel. “Miskin, dan ġie għall-ikel, u ħa jirkeb il-mutur… ġurnata fix-xita.”
Terry tikteb dwar dan ukoll. “Jien irrid nuri solidarjetà ma’ dawn il-ħaddiema. F’ġurnata bħal din ta’ maltemp ma għandhomx jaħdmu, skużawni. Ma nafx taqblux miegħi ħbieb,” tikteb Terry. Fil-filmat li xxerred jidher ix-xufier jirkeb biex iwassal l-ikel bl-art viżibilment imxarrba.
X’taħsbu dwar dan?
Facebook/ Terry Muscat