Settembru għaddej ġmielu, u hekk kif qed noqorbu għal bidu ta' skeda oħra, jidher li MasterChef ser ikun qed jirritorna għar-raba' staġun tiegħu.
MasterChef Malta, wieħed minn dawk il-programmi li jżomm lit-telespettaturi attenti mill-bidu sal-aħħar, kurjużi biex jaraw min ser jirbaħ l-edizzjoni. S'issa t-tliet rebbieħa li kellna huma Nicholas Bartolo, Nicolas Bezzina, u Steven Attard.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-programm, it-tim ta' MasterChef Malta jagħti ħjiel dwar ir-ritorn tal-programm, hekk kif dalwaqt ħa jħabbru d-data meta ser jibda r-raba' staġun.
Lesti għal vjaġġ mill-aqwa ieħor fil-kċina ta' MasterChef ma' Chef Letizia, Chef Victor u Chef Pawlu?!
Facebook/ MasterChef Malta