Bil-Filmat: Morena Tgħid Li Ser Tieqaf Tkanta – Għaliex?

Morena li tista’ tgħid kulħadd jiftakarha għall-kanzunetta Vodka fuq lirika ta’ Gerald James Borg u mużika ta’ Philip Vella, li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2008. Morena tista’ tgħid li kienet ħasdet ix-xena lokali meta mat-tieni darba tagħha fil-finali tal-Malta Song For Europe għaddiet b’żewġ kanzunetti u spiċċat biex rebħet it-titlu bil-kanzunetta Vodka.





Minn dakinhar ‘l hawn lil Morena ftit li xejn rajnieha tkanta. Jidher li l-kantanta Għawdxija ħadet pass lura mix-xena iżda ħafna huma dawk li jistaqsu dwarha u jistennew li xi darba jew oħra tagħmel ir-ritorn tagħha lejn ix-xena lokali. Iżda jidher li mhux ħa jsir dan. Ftit tal-jiem ilu, il-kantanta Għawdxija kienet fuq il-programm Ħadd Għalik ta’ WE Media fejn Angie esprimiet li tinsab irrabbjata ħafna għal Morena.



Ir-raġuni wara dan kollu hi li milli jidher mhux ħa naraw aktar lil Morena fix-xena lokali tal-kant. “Le… Ma naħsibx li se tarani nkanta. Xorta għadni nkanta imma mhux għan-nies u hekk… qatt ma ħarist lejn il-karriera. Il-kant kont inkanta għax inħobbu. Daqshekk. Qatt ma qadt ngħid għax ridt insir famuża jew hekk, dik kienet xi ħaġa li anqas biss qatt ma ħsibt fuqha. Ġiet weħdiha.”

Insomma, tul il-programm jidher li t-tim tal-produzzjoni rnexxielhom jikkonvinċu lil Morena sabiex tkanta waħda Vodka la kienet fuq il-programm u jidher li niżlet għasel għax kulħadd spiċċa jaqbeż u jiżfen magħha!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI