Bil-Filmat: Mument Emozzjonali Ben Ifakkar Il-Memorja T'Ommu Marija! Mara Maħbuba Minn Ħafna!

23 ta’ Marzu 2019, tinxterred l-aħbar li Marija Muscat ħallietna. Marija kienet sid ta’ restaurant popolari fil-Mosta. Dakinhar bosta Maltin sellmulha għax kienet vera mara ferrieħa u maħbuba minn ħafna. Illum it-tifel tagħha Ben fakkar il-memorja t’ommu f’għeluq l-anniversarju minn meta fetaħ il-ħanut.





Kien mument emozzjonali ħafna meta Ben tela’ fuq il-palk u kanta l-kanzunetta ‘Fall On Me’ b’tislima lil għażiża ommu. Ommu Marija kienet il-moħħ u r-ruħ wara dan ir-restaurant partikolari. “Marija dejjem ser tibqa’ fil-kultura tar-restaurant, mhux biss għall-imħabba kbira ta’ omm, imma għall-enerġija li kellha, talent u reżiljenza”.



Strieħ fis-sliem Marija!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI