Waqt il-programm TVAM, kienu mistednin tliet nisa li jitkellmu u jiddiskutu b’onestà kbira, fosthom il-preżentatriċi Antonella Vassallo.
Antonella ssemmi dak li tisma’ lil xi wħud jgħidu dwar l-għarus li jixtiequ li jkollhom. “Naf nies jgħidulek, ‘ma rridx boyfriend sabiħ, għax joqogħdu jħarsuli lejh'”
Antonella taħsibha ‘l kontra, li anzi tkun kburija li kollha l-għarus tagħha attraenti.
Int ġieli smajt min jirraġuna bħalma jgħidu xi wħud?