Storja oħra qed tmiss il-qlub ta’ ħafna fuq il-paġna ta’ Innocent Paws – Maria D’Amato.
Luna, il-husky li għal dawn l-aħħar snin kienet tgħix ma’ Nikki, sabet familja ġdida u telqet biex tibda kapitlu ġdid f’ħajjitha.
Iżda wara dak il-mument sabiħ ta’ adozzjoni, ħalliet warajha lil Nikki – kelb ta’ 10 snin b’natura ħelwa immens – xi ħaġa li ġġib magħha dispjaċir.
L-appell issa huwa wieħed sempliċi iżda qawwi: hemm xi ħadd lest jiftaħ qalbu u jagħti dar għal Nikki?
Kull min ma jistax jadotta, jista’ xorta jgħin billi jxerred l-appell fuq il-midja soċjali.