Bil-Filmat: “In-Niċċa Tal-Irxoxt Fi Triq Pawlu Farrugia Ġiet Vandalizzata.” – Il-Kunsill Lokali Ta’ Ħal Qormi Jagħmel Appell Għall-Għajnuna!

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi esprima diżappunt u tħassib wara li n-niċċa tal-Irxoxt li tinsab fi Triq Pawlu Farrugia ġiet vandalizzata b’mod sfaċċat. Dan l-att vandalu ħasad lill-komunità, li dejjem ħadet pjaċir bis-sbuħija u s-sinifikat reliġjuż ta’ dan is-sit.

Il-Kunsill ippubblika ritratt tal-allegat vandalu, u qed jappella lill-pubbliku sabiex, jekk xi ħadd jagħra lir-raġel li jidher fir-ritratt, jgħaddi din l-informazzjoni jew permezz ta’ messaġġ privat lill-Kunsill stess, jew billi jċempel b’mod anonimu lill-għassa tal-pulizija.

Dan huwa każ li jaffettwa mhux biss is-sinifikat reliġjuż tal-lokal, iżda wkoll is-sens ta’ rispett lejn il-wirt kulturali u storiku ta’ Ħal Qormi u dak Malti. Il-Kunsill jappella għal koperazzjoni mill-komunità sabiex dan l-att ma jgħaddix bla konsegwenzi u biex jiġu protetti l-valuri li jgħaqqdu lill-Qriema kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI