Resident minn Marsascala qal lil Gwida.mt li “Lejl minnhom smajt twerżiq u għajjat”. Imma x’ġara eżatt? Aħna minn Gwida.mt għamilna ftit riċerka u sibna li ġara xi ħaġa mhux tas-soltu f’Marsaskala. Ara ftit…
Milli jidher, il-kumpanija Streetmedia ddeċidiet li tiċċelebra l-Halloween b'mod pjuttost mhux ortodoss... billi tbeżża' lil dawk li kienu qed jistennew fuq l-istejġ tal-linja.

Imma Streetmedia x’inhi eżatt? Din hija kumpanija li toffri pjattaforma unika ta’ reklamar barra mid-dar għas-suq lokali. Streetmedia qed toħloq terminali tat-trasport moderni biex jibbenefikaw minnu l-passiġġieri kollha ta’ Transport Malta.

Dan il-filmat kien miġbud qabel l-aħħar miżuri tal-Covid-19 ġew implimentati.
Int rajt jew smajt xi ħaġa mhux tas-soltu? Iktbilna fil-kummenti.