Bil-Filmat: “Onestament Ma Nistax Nemmen Li…” – Keith Demicoli

Illum il-kantanta Chanel Monseigneur se tkun qed tirrappreżenta lil Malta waqt il-finali tal-Junior Eurovision Song Contest bid-diska Chasing Sunsets. Ta’ dan, ix-xandar tal-aħbarijiet  Keith Demicli bgħatilha filmat ta’ kuraġġ fejn tenna erba’ punti importanti għaliha.

“Onestament ma nistax nemmen li qiegħed hawn inwassallek dan il-messaġġ… kburi mmens li mhux biss kont rajtek meta kont għadek żgħira ħafna, imma li llum il-ġurnata lħaqt tragward importanti,” beda Keith. “Jiena kburi mmens li rnexxilek tasal s’hawn u konvint li se tagħmilna kburin waqt il-Junior Eurovision.”





“It-tieni ħaġa li xtaqt ngħidlek – meta titla’ fuq il-palk, u kull darba li tmur fuq il-palk, ħu gost qisek qed tagħmilha għall-aħħar darba.”

Kieth kompla għat-tielet punt tiegħu, “Jekk tagħmel nota ħażina, tiżbalja, tagħmel xi mossa li mhux suppost, toqgħodx tinkwieta, ma waqgħetx id-dinja. X’aktarx aħna lanqas biss se nindunaw.”



Keith spiċċa bi kliem li kwalunkwe persuna tista’ tapplika għal ħajjitha: “L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħidlek – żomm dan f’moħħok. Ibqa’ pożittiva u ibqa’ tbissem. Dawk huma armi importanti li għandek tgħożż, imma fuq kollox li għandek tuża.”

Facebook/Keith Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI