Ġimgħa wara t-telfa ta’ Ġorġ Mallia, martu Shirley Cauchi qasmet messaġġ mill-aktar emozzjonanti, fejn tkellmet dwar l-uġigħ li ħasset fil-mument li tilfet lil żewġha u l-imħabba kbira li sabet madwarha fil-jiem ta’ wara. "Ġimgħa ilu proprju llum, mitt minn ġewwa hekk kif rajtek titlaq," kitbet Shirley fil-bidu tal-messaġġ tagħha.
Hija kompliet tgħid li meta tħares lura lejn dak kollu li seħħ matul din il-ġimgħa, setgħet tħoss l-imħabba u l-appoġġ kbir li baqgħu jaslu mingħand dawk ta’ madwarha. Shirley qalet li temmen li Ġorġ kien diġà bena madwarha sistema ta’ appoġġ b’saħħitha li issa, wara t-telfa tiegħu, se tkun qed tgħinha tkompli miexja ’l quddiem.
"Fiżikament ħallejtni, iżda kont bnejt din is-sistema ta’ appoġġ għalija biex inkun nista’ nibqa’ nimxi ’l quddiem," kitbet. Il-koppja kienet ilha miżżewġa xahrejn biss, fatt li jagħmel dan il-kapitlu f’ħajjitha aktar emozzjonanti. Shirley temmet il-messaġġ tagħha bi kliem sempliċi iżda mimli mħabba lejn Ġorġ, "Qalbi timtela bil-gratitudni u b’aktar imħabba – se nibqa’ nħobbok għal dejjem."
Kuraġġ, Shirley!
Facebook / Shirley Cauchi