Kif tafu lbieraħ immarka erba' xhur eżatt qabel jum il-Milied - festa li tant u tant nies jibdew jistennew kull sena. Festa li ġġib magħha ħafna ferħ, għalkemm kultant tista' ġġorr diversi emozzjonijiet għal xi wħud. Kulħadd bl-istorja tiegħu.
Bint il-mibki Norman Hamilton, Dr Yasmin Debrincat Hamilton, qasmet tifkira profonda immens ta' missierha. Hi tfakkar dak li kien jgħid bħal daż-żmien, meta l-Milied joqrob dejjem aktar.
"Fadal biss erba’ xhur għall-Milied… aħsbuha minn qabel u tħallux għall-aħħar! Dan kien kliem missieri meta kien fuq ir-radju. Illum, kull kelma tiegħu għandha tifsira ferm aktar profonda."
Kienu ħafna li bħal Dr Yasmin, jiftakru biċ-ċar lil Norman isemmi dal-kliem, speċjalment waqt ix-xandir fuq ir-radju. Bosta kkummentaw dwar dan.
Kemm hu sabiħ li memorji bħal dawn jibqgħu tant ċari, u jgħinuk terġa' tiftakar fil-mumenti sbieħ ta' persuna li tkun ħalliet din id-dinja.
Facebook/ Dr Yasmin Debrincat Hamilton