Matthias reġa għamilha! Prestazzjoni preċiża u tal-bliegħ mal-kanzunetta “Who wants to live forever”, iżżerżaq mal-pole ta’ 6 metri. Matthias ħalla lill-ġurija bla kliem u saħansitra Ray qallu biex jieqaf jiżżerżaq f’daqqa għax jaqtalu nifsu.
“Kont preċiż, ippreparat u żgur minnek innifsek” jkompli Ray. “Għalhekk kellna bżonn l-MGT biex niskopru talent bħalek” tgħidlu Sarah. Maxine qaltlu li ħallieha bla kliem “Vera kont qed nistenna l-prestazzjoni tiegħek u nħallas ħafna biex narak tagħmel prestazzjoni waħdek!”. L-isbaħ kumment kien dak ta’ Howard fejn qallu, “Għandi 5 parteċipanti f’moħħi li nixtieqhom jgħaddu għall-finali u int wieħed minnhom! Potenzjalment rebbieħ”
Tista’ tivvota għal Matthias Camilleri fuq 5061 4403 billi tibgħat SMS vojt. Tista' tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.