Bil-Filmat: Proposta Ta’ ‘Fines On The Spot’ Għal Persuni Barranin Bla Residenza F’Malta

Byron Camilleri

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Impjiegi, Byron Camilleri, ħabbar li l-Gvern qed jaħdem fuq proposta ġdida biex jiġu introdotti “fines on the spot” għal persuni barranin li m’għandhomx residenza f’Malta, inklużi t-turisti, li jinqabdu jikkommettu illegalitajiet li jmorru kontra r-regoli u r-rispett lejn is-soċjetà Maltija.

Il-Ministru spjega li l-miżura proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-infurzar tal-liġi f’każijiet relatati ma’ mġiba anti-soċjali, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ storbju żejjed, skart mormi f’postijiet mhux awtorizzati u ksur ieħor ta’ regolamenti bażiċi ta’ ordni pubbliku.

Huwa sostna li filwaqt li Malta tibqa’ tilqa’ lil kulħadd u tapprezza l-kontribut tat-turisti u ħaddiema barranin, ir-rispett lejn il-komunità lokali u l-liġijiet tal-pajjiż għandu jkun prijorità. Skont il-Ministru, il-fatt li xi persuni ma jkollhomx residenza permanenti jagħmilha aktar diffiċli biex jiġu infurzati penali permezz ta’ proċeduri twal, u għalhekk sistema ta’ multi immedjati tista’ tkun aktar effettiva u deterrenti.

Il-proposta qed tiġi studjata fid-dettall biex tiġi żgurata li tkun proporzjonata, ġusta u konformi mal-liġijiet eżistenti. Il-Ministru enfasizza li l-iskop mhux li jiġu mmirati l-barranin, iżda li jiġi żgurat li kulħadd – kemm residenti kif ukoll viżitaturi – josserva l-istess standards ta’ mġiba u rispett lejn l-ambjent u s-soċjetà Maltija.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI