Ilbieraħ għalaq sninu n-neputi ċkejken ta’ Joe Demicoli, Joel. Sena ilu bil-wasla tiegħu Joel ġab ferħ kbir fil-familja Demicoli.
Joe ħa ħsieb jawguralu u għall-okkażjoni ma jonqosx li jħejji kitba, forma ta’ storja bi kwalitajiet umoristiċi, taparsi fil-mumenti qabel twieled. Qasam anke ritratti prezzjużi tagħhom.
Apparti minn hekk qasam filmat tal-quċċija ta’ Joel. Jista’ jkun li se jkun iħobb il-kant u l-mużika, bħan-nannu, għax għażel propju l-mikrofonu.
“Qad jistenna lili nieqaf biex jibda hu. Ħa naraw ikollix nerġa’ nibda minħabba fih,” jikteb Joe għal darb’oħra b’ton umoristiku.
Awguri mill-qalb liċ-ċkejken Joel! Xi ħlew, tgħid ħa jkollhom artist ieħor fil-familja?!