“Nenu Ta’ Tottenham Għadda Għall-Ħajja Ta’ Dejjem” – Il-Kunsillier Ray Azzopardi

Ray Azzopardi, kunsillier tal-Belt Valletta, sellem il-memorja ta’ Nenu Debattista.

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu kiteb, “Il-ħabib ta’ kulħadd Nenu Debattista jew kif nafuh Nenu ta’ Tottenham għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Raġel li bit-tbissima tiegħu kien jiġbdek. Ragel sinċier li ħabb lil kullħadd. Insellimlek ħabib u strieħ fi sliem. Kondoljanzi sinċiera lill-familjari tiegħu.”



Kumment partikolari li rċieva dan il-messaġġ qal, “Strieħ fis-sliem ħabib tiegħi Nanu. Ta’ pjaċir għalija li snin ilu flimkien konna waqqafna l-klabb ġol-Kapitali ta’ Tottenham Supporters Club Malta, u li għadu jeżisti sal-ġurnata tal-lum. Grazzi Nenu tal-ħidma tiegħek favur il-klabb tagħna.”



Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.



Ritratti:

Facebook / Ray Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI