Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant Tristan Micallef, li rajnieh f’Mużika Mużika tal-2023 bħala parti mill-grupp Kwinti.
Jiktiblu messaġġ mill-isbaħ ħuh Jayden Lee, li wkoll rajnieh jibrilla fix-xena lokali kemm bħala artist, fost l-oħrajn waqt Brillanti Goes Musicals. Jibqa’ mfakkar anke għas-sehem tiegħu waqt il-programm informattiv u divertenti, L-Investigaturi tal-Mużika.

Ritratti: Instagram/ Jayden Lee Micallef
Fi story, Jayden Lee jikteb, “Happy Birthday Tristan. Nixtieq ngħidlek grazzi talli dejjem kont hemm għalija meta kelli bżonn. Għalkemm ġieli naqbdu ma’ xulxin, dejjem insibu mod kif nirranġaw.”
Jayden ikompli, “Nixtieq ngħidlek ukoll kemm ninsab kburi b’dak li ksibt s’issa.Jien dejjem hawn għalik, u lest li ngħinek dejjem, għalhekk ahwa. Qas nimmaġina ħajti mingħajrek. Grazzi ta’ kollox.”
Qasam anke ritratti tagħhom flimkien għall-okkażjoni. Awguri mill-qalb Tristan u nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Instagram/ Jayden Lee Micallef