Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanita`Attiva, Jo Etienne Abela, awgura lill-għażiża bintu Giulia f’jum għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Iż-żgħira Giulia tagħlaq sena llum.” Flimkien ma’ dan il-messaġġ, ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom flimkien, hu jagħtiha ħarsa ta’ mħabba sinċiera ta’ missier, filwaqt li hi tħares lura lejh bi tbissima fuq fommha u ammirazzjoni.
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand persuni jawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali. Kumment partikolari qal, “L-ewwel eroj ta’ kull tifla, il-papa`. Xewqat sbieħ Giulia.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha f’jum għeluq sninha. Nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ mal-għeżież tagħha u nitolbu lil Alla biex ikompli jżomm idejh fuqha matul is-snin kollha.
Facebook / Jo Etienne Abela