Bil-Filmat: "Qaltli Jiena Xorta Ommok Nibqa', Ħa Nibqa' Nħobbok" – Matthias Giusti Dwar Il-Mument Meta Qal Lil Ommu Li Hu Omosesswali

Waqt Kuxjenza tkellem Matthias Giusti, iż-żagħżugħ li flimkien ma’ ommu saru żewġ personalitajiet tant maħbuba fuq il-midja soċjali. Hu jitkellem dwar iż-żmien meta beda jħobb lilu nnifsu u jgħix dak li verament hu.

“Iktar kienet ‘tal-biża” li la darba ngħidha, li ‘jiena omosesswali’, kulħadd se jkun jaf… u ma tkunx taf jekk intix preparat…” Maria staqsiet lil Matthias dwar meta qal lil ommu, li tħobbu b’qalbha kollha, mingħajr kundizzjoni.

“Ifhem, qaltli jiena xorta ommok nibqa’, ħa nibqa’ nħobbok…” jgħid Matthias, waqt li ommu narawha bi tbissima fuq wiċċha. Segwu Kuxjenza s-Sibt fil-17:05 fuq TVM+ u l-Ħadd fis-18:15 fuq TVM+.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI