Bil-Filmat: "Qegħdin Fi Żmien Fejn L-Egoiżmu Qed Jirrenja…" – Ma Stajtx Poġġejtha Aħjar Matthew James!

Il-kantant magħruf u maħbub Matthew James Borg xtaq jgħaddi messaġġ fuq il-profil tiegħu rigward iż-żmien li qed ngħixu fih bl-imxija tal-Covid-19 ma’ saqajna. Fil-fatt ikollna nistqarru li mhux bit-talent mużikali tiegħu biss kapaċi jolqtok dan il-bniedem, iżda anke bil-mod sempliċi u ċar li jitkellem u jirraġuna bih.

Matthew James iġib eżempju komuni li tista’ tgħid kull min hu egoist, ikun il-protagonist f’dawn it-tipi ta’ każijiet. Jispjega kif faċilment mal-ħażin jeħel it-tajjeb jekk wieħed ikun irresponsabbli u ma jagħtix każ IMQAR dawk ta’ madwaru. Kif qal hu, “qegħdin fi żmien fejn l-egoiżmu qed jirrenja”. 

Prosit Matthew James – ma stajtx poġġejtha aħjar! 





Facebook/ Lindsey Brincau/ Mark Zammit Cordina Photography



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI