Ron jivvintawhom imma jidher li t-tfajla tiegħu Francesca xejn b’inqas. Ifhem huma bdew kompetizzjoni li tistgħu tagħmluha mal-maħbubin tagħkom u tidħlu fiċ-ċans li tirbħu rigal sabiħ. Il-kompetizzjoni li rajniehom jilagħbu kemm-il darba waqt il-programm Serataron.
X’hemm f’dik l-imbierka kaxxa? Mingħajr ma tkun taf… tibda tibża’ għax ma tkunx taf x’ħa tkun qed tmiss. Jekk hux xi ħaġa ħajja, jekk hux xi ħaġa li tista’ tikkawżalek xi ħsara jew xi ħaġa li forsi tibża’ minnha jew titqażżeż.
Insomma, it-tfajla ta’ Ron defistlu tiġieġa fil-kaxxa u bla ma jafx dan Ron spiċċa jmelles tiġieġa li kienet lesta biex tintefa fil-forn issir. It-tim ta’ Serataron qed jistenna l-filmati mingħandkom. Ara ir-reazzjoni ta’ Ron u donnu spiċċa jqaqi bħat-tiġieġa.