Bil-Filmat: Ron Jispiċċa Jitgħawweġ Fl-Art Wara Daqqa Ta' Siġġu! Xi Ġralu?

Waqt il-programm tal-bieraħ, “Serataron’ imexxi minn Ron Briffa, kien hemm ir-rokna “Aqlagħli Ħa Naqlagħlek”. Fiha kienu qed jieħdu sehem il-preżentatur u r-wrestler ta’ fama internazzjonali Gianni Valletta. 

Kollox beda meta Ron sfida lil Gianni għal-logħba bl-idejn waqt li jgħidu botti ħorox fuq xulxin. Ron lil Gianni qallu, “Ħadt gost narak fi Beauty and the Beast”, “Jekk tqaxxar dik il-leħja joħorġu 3 ġenerazzjonijiet ta’ qamel”. Gianni ma ħallieħx b’xejn għax qallu, “Jogħġobni l-programm tiegħek, said no one ever”. 

Iżda Ron sfida biex jagħmlu t-taqbida tal-idejn. Lil Gianni ġiegħlu jagħti għajnejh, sadanitant stieden Peter Busuttil li kien mistieden u lil Justin kantant tal-banda ‘Ronnies’ biex jgħinuh. Gianni nduna b’dan l-aġir u nkorla tant li ta daqqa ta’ siġġu lil Ron waqt ix-xandira tal-bieraħ. 

Imma kien ħaqqu jew le? 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI