Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Ryan u Josmar xtaqu jaqsmu messaġġ ta’ radd il-ħajr u apprezzament hekk kif jinsabu tant ħerqanin biex fl-aħħar illejla nagħtu bidu għat-tieni staġun ta’ Come Dine With Me Malta.
“Waslet il-ġurnata li ilna xhur twal naħdmu għaliha. Illejla jibda Come Dine With Me. Dan il-proġett huwa personali ħafna għalina u mingħajr it-team kollhu mhux possibli.”
Ryan u Josmar jirringrazzjaw fost l-oħrajn lil ITV Studios, PBS, tribe, u bla dubju lil Eileen Montesin li għamlet differenza kbira u appoġġjat dan il-programm minnufih!
Grat wkoll lejn dawk is-sħab kollha li għenu biex din il-ħolma tagħhom issir realtà. L-akbar Grazzi bla dubju tmur għat-telespettaturi Maltin u Għawdxin kollha li b’interess u mħabba kbira segwew u ser jibqgħu isegwu Come Dine With Me Malta, biex ikompli fuq is-suċċess li kiseb.