Bil-Filmat: Suldat Li Miet Fil-Kampus Tal-Università Ta’ Malta Waqt It-Tieni Gwerra Dinjija Jibqa’ Mfakkar 85 Sena Wara

Storja li ftit jafu dwarha qed terġa' titfaċċa fid-dawl hekk kif qed jitfakkru 85 sena mill-mewt ta' suldat li tilef ħajtu fil-kampus tal-Università ta' Malta waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

Fis-27 ta' Ġunju 1941, waqt attakk mill-ajru qawwi mill-għadu, il-pożizzjoni militari ta' Tal-Qroqq intlaqtet b'mod fatali. F'dak l-attakk tilef ħajtu Lance Bombardier Frederick John Hopkinson, suldat ta' 22 sena li kien qed jaqdi dmiru fuq batterija kontra l-ajruplani.

Illum, 85 sena wara, il-memorja tiegħu għadha tgħix hekk kif qed issir ħidma biex tinġabar u tiġi ppreservata din il-paġna importanti mill-istorja ta' Malta u tal-Università. Interessanti li l-fdalijiet tal-batterija kontra l-ajruplani għadhom jeżistu sal-lum u jinsabu fi ħdan il-Fakultà għall-Ambjent Mibni tal-Università ta' Malta, bħala xhieda silenzjuża ta' dak li seħħ matul il-gwerra.

Dawk li għandhom aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni relatata ma' Frederick John Hopkinson jew mal-avvenimenti li seħħew f'Tal-Qroqq matul it-Tieni Gwerra Dinjija huma mħeġġa jikkuntattjaw lil dawk li qed jirriċerkaw din l-istorja sabiex din il-memorja tkompli tinżamm ħajja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI