Bil-Filmat: Taryn Mamo Cefai Kif Qatt Ma Rajtuha

L-attriċi Taryn Mamo Cefai hija wkoll kantanta u fl-ispettaklu tas-sajf, Il-Kbir Għadu Ġej li jibda fi tmiem il-ġimgħa li ġejja lil Taryn ħa narawha fiż-żewġ irwoli u xi żifna jew tnejn ma tonqosx tgħid? 

Dalgħodu Taryn flimkien ma' Michela Galea u Marilena sabu ruħhom fuq Bonġu Bus ma' Danusan. Huma kienu akkumpanjati minn Jamie Cardona fuq il-kitarra fejn kantaw waħda mill-kanzunetti li nimmaġinaw għandna nistennew fl-ispettaklu Il-Kbir Għadu Ġej.

Ritratt: Facebook / Taryn Mamo Cefai

Probabbli ftit bassru li ħa naraw lil Taryn tkanta waħda mill-kanzunetta ta' Freddie Portelli meta splodiet fix-xena lokali permezz ta' Strada Strettta, imma dak li jkun ma jkunx jaf x'hemm jistennieh fil-futur. 

Ritratt: Facebook / Il-Kbir Għadu Ġej

Taryn ħa tkun qed tinterpreta l-parti ta' Claudette, Michela Galea ħa tkun Yvette u Marilena ħa tinterpreta waħda mill-partijiet prinċipali, dik ta' Georgette. Għal dawk li għadhom qed jaħsubha rigward dan l-ispettaklu. Ħaffu... għax iż-żmien għaddej u l-biljetti mexjin ġmielhom!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI