Eric Grech kien mistieden waqt XOW tal-Ġimgħa li għadda, u fost id-divertiment li rajna, kien hemm anke mumenti ta’ memorji sbieħ. Fost l-oħrajn Eric jiftakar f’meta kien għadu tifel, u kien jiġi fl-istudjo ma’ missieru u tant atturi li jibqgħu maħbubin.
“Fil-fatt kif dħalt hawnhekk, f’kamra minnhom fejn konna qed nagħmlu l-makeup, qed narani tifel ta’ xi ħames, sitt snin, u qed nara lill-mibkijin Gemma Portelli, Alfred Malli, missieri…” jirrakkonta Eric. Jiftakar li kien ħa jibda l-filming ta’ Baħar Wieħed tal-passat.
Segwu aktar hawn: