Bil-Filmat: "Tista' Tkun Fabbrikat Biex Tkun 100%, Xorta Ħa Ssib Min Ħa Jgħid Kontrik" – Trihanna Wilde

Trihanna Wilde kienet mistiedna wkoll fuq il-programm Kuxjenza fejn tkellmet dwar id-dinja tad-drag u l-kummenti li jkun hemm fuq il-midja soċjali. 

Titkellem dwar kritika kostruttiva, li hi aċċettabbli u kapaċi tgħinna nimxu ‘l quddiem. L-agħar fejn ikun hemm kritika immirata biex tweġġa’ lil dak li jkun.

“Tista’ tkun fabbrikat biex tkun 100%, xorta ħa ssib min ħa jgħid kontrik… niffukaw fuq il-kummenti kostruttivi biss, li jiena nista’ neħodhom u nifjorixxi minnhom… jekk inti ż-żfin, drag, hi x’inhi, jekk qiegħda ġo fik, tista’ taħbiha kemm trid, mhux ħa tħossok komdu ġo ġismek…”

Segwi lil Trihanna Wilde u l-mistednin l-oħra waqt Kuxjenza nhar is-Sibt fil-17.05 fuq TVM+ u l-Ħadd fis-18.15 fuq TVM+.





Facebook/ Trihanna Wilde



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI