Bil-Filmat: "U Hekk Tintemm L-Avventura Tiegħi, Qasira Iżda Ħelwa, Fuq The Masked Singer Malta" – Rodney Gauci (Il-Maduma)

Ilbieraħ beda fuq l-istazzjon nazzjonali The Masked Singer Malta, programm li ġibed interess qawwi u ħafna kienu qed isegwu biex jipprovaw jaqgħtu minn hemm wara l-maskri u l-karattri ta’ dan il-programm.

L-ewwel eliminat kien Rodney Gauci li kellu l-kostum tal-maduma! Waqt il-prestazzjoni tiegħu, Rodney spiċċa waqa’ minn fuq il-palk iżda ma damx ma qam u kompla bl-ispettaklu tiegħu. Sfortunatament, ma kienx biżżejjed biex jimpressjona l-udjenza fl-istudio u l-esperti u spiċċa bħala l-ewwel eliminat.

Rodney jikteb, “U hekk tintemm l-avventura tiegħi qasira imma ħelwa fuq The Masked Singer Malta. Kelli nagħmilha MY WAY! B’dan, inżid waqgħa epika fuq it-televiżjoni nazzjonali mal-lista… xi ħadd jiftakar l-oħra?”

Hu jagħlaq b’messaġġ pożittiv għall-aħħar, “Din għal dawk kollha li qatt waqgħu, jew għaddejjin minn żmien diffiċli… Erġgħu qumu, ħbieb!”





Facebook / Rodney Gauci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI