Bir-Ritratti: Daryl Il-Fotografu Jiżvela L-Kreaturi Tal-Ibħra Maltin – Kont Taf Li Għandna Dan Kollu?

Kont taf li għandna dawn il-kreaturi kollha fl-ibħra tagħna? Daryl Agius huwa snorkeller Malti gradwat fil-Bioloġija li waħda mill-passjonijiet tiegħu hi li jieħu r-ritratti taħt l-ilma.

View this post on Instagram

A post shared by Daryl Agius (@aqua_rubix)

Hu qal lil Gwida.mt li “Il-gżejjer Maltin huma sinjuri bil-bijodiversità, xi ħaġa li nipprova nikseb bir-ritratti tiegħi.”

View this post on Instagram

A post shared by Daryl Agius (@aqua_rubix)

Iżda x’inhu l-għan ta’ Daryl b’dawn ir-ritratti? “L-għan tiegħi huwa li noħloq kuxjenza dwar dawn l-organiżmi differenti u nkun kapaċi nuri lin-nies madwar id-dinja (anke f’Malta) ta’ dak li joffru l-ibħra tagħna.”

View this post on Instagram

A post shared by Daryl Agius (@aqua_rubix)

Daryl qalilna wkoll li hu jixtieq jiġbed nies “li ma jistawx imorru jgħoddsu (freediving jew scuba diving) minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi tagħhom, iżda li xorta jridu jesploraw id-dinja taħt l-ilma u anke jippruvaw jaspiraw lin-nies biex jibdew dawn l-isports taħt l-ilma, speċjalment dawk li jibżgħu li jibdew sport minħabba tagħmir espansiv.”

View this post on Instagram

A post shared by Daryl Agius (@aqua_rubix)

Il-midja soċjali ta’ Daryl huwa mimli kreaturi li kważi kważi tibda tistaqsi jekk dawn hux vera nstabu f’Malta! Prosit Daryl tax-xogħol tiegħek u nittamaw li naraw aktar ritratti sbieħ fil-futur.

Instagram/aqua_rubix







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI